top of page

Tkellem għax inqabad, kieku tkellem qabel kont nemmnu

Archive
Apr 15, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Li kieku Giovann Bonello qalilna qabel li kien sejjer il-mass meeting Nazzjonalista ta’ nhar il-Ħadd kieku kont nemmen li mar għax ħass qalbu taħarqu ħa juri li hu kontra l-korruzzjoni. Imma qalilna meta nqabad li kien hemm. U taf min tah leħen hux? It-Times li qabditu jaghmel inkjesta ‘indipendenti’.

Issa jien ma nafx kif l-Onorevoli Mhallef Emeritu ħass issa d-dmir li jipprotesta kontra il-korruzzjoni meta m’hemm l-ebda prova korruzzjoni. Nghid jien kif ma semmax leħnu qabel Marzu 2013 meta l-gvern ta’ Gonzipn u b’Simon Busuttil Viċi Kap kien mgħarraq fi provi ta’ korruzzjoni?

Issa dan Imhallef Emeritu għal gieh wiċċna – allura min jien jien biex niġbed l-attenzjoni li meta kien hemm mil-provi ma kkundannax u meta ma hemmx provi ikkundanna.

Ajma hej! Ara tidher quddiemu dan!

Giovanni Bonello għadu sa llum jitħallas minn dal-gvern li nhar il-Ħadd mar jikkundanna u taħt il-puri Nazzjonalisti ivvintawlu l-ħatra ta’ Sovratendent tal-Palazz Presidenzjali. Xi darba ngħidilkom xi tħallas taħt il-PN u kemm ipproduċa xogħol taħt il-PN. X’ma jipprotestax l-‘indipendenti’ Giovann Bonello.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page