Tkellmu fuq good governance u korruzzjoni …
Updated: Sep 21
Tlettax-il siegħa ta’ dibattitu Parlamentari li fih ma smajna xejn minn naħa tal-Oppożizzjni ħlief attakki, uħud minnhom isteriċi fuq esponenti tal-gvern speċjalment Konrad Mizzi u Keith Schembri. Dawn kellhom il-wiċċ jippontifikaw fuq il-good governance u korruzzjoni
Simon Busuttil
–
Ħa miljuni f’direct orders taħt Gvern Nazzjonalista. Il-whistleblower fil-każ ta’ Giovanna Debono mar għandu ukoll u qallu ‘għaliex komplejt għaddej bix-xogħolijiet la kont taf li ser nitilfu l-elezzjoni?’ Lil Whistleblower fetaħlu kawża l-Qorti
Mario Demarco – Xogħol b’xejn fuq il-propjeta tiegħu li kien ilu għaddej 9 snin , sar minn negozjant li ssemma’ fil-kwestjonijiet kollha li qamu dwar il-Panama Papers. Ix-xogħol tħallas minn Demarco fil-ġimgħat li għaddew wara li induna li kien se jinqabad li aċċetta rigal ta’ €34,000. Ix-xogħol sar meta kien Ministru kontra l-kodiċi tal-etika ministerjali.
Chris Said –
Deal elettorali –
kwistjoni dwar art fil-pusses tal-awtorita’ tad-djar kienet deċiża fl-aħħar kampanja elettorali u il-kuntratt iffirmat 48 siegħa qabel l-elezzjoni. L-art kienet destinata għar-residenza soċjali iżda spiċċat minflok għand il-privat. Fil-każ tal-whistleblower ta’ Għawdex minflok bgħatu għand l-awtoritajiet qallu ser ‘ngħinek kull kif nista’
Beppe Fenech Adami
–
Tal-Palazz tal-Għargħur li kien aġevolat b’diversi deċiżjonijiet li ttieħdu mill-gvern tal-PN, inkluż mill-Prim Ministru Gonzi li b’daqqa ta’ pinna għolla l-valur tal-propjeta ta’ Fenech Adami u ġabha tiswa l-miljuni. Parti mill-Palazz tiegħu qiegħed fuq art ODZ.
Jason Azzopardi –Il-Kaz tal-Mare d’Oro
–
Espropjazzjoni ta’ €4.3 million li saret ukoll lejliet l-elezzjoni ġenerali. Fl-istess żmien, il-Ministru Azzopardi kien qed jindaħal biex jingħataw ċertu encroachment permits lil diversi nies u kostitwenti. Dan ħareġ mir-rapport ta’ investigazzjoni li għamel l-Awditur Ġenerali
Tonio Fenech – Mimli każi. Taħtu kien iffinaliżżat il-Mater Dei li llum nafu kif inbena wara 17-il sena. Kellu l-każ ta’ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fil-Yacht Yard li baqa’ ma’ għamel xejn fuqhom. Irċieva flus minn għand ta’ Montebello li kienu jxaħħmu lis-Segretarju Privat tiegħu.
Cllaudio Grech – Bħala uffiċjal fil-Ministeru ta’ Austin Gatt kien jinnegozja ma’ SmartCity u wara spiċċa jmexxi SmartCity bħala CEO.
Marthese Portelli – Membru ta’ bord ewlieni tal-gvern, ma tattendix u titħallas.
Kristy Debono – Suppost taħdem l-MGA. Ma tidħolx għax-xogħol u titħallas.
Clyde Puli – Manager il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Jitħallas talli ma jidħolx għax-xogħol.
Comments