Tonio Fenech u Jason Azzopardi 19-il titjira b’jet privat
Updated: Sep 21
Għamilt ġurnata nistenna lil Tat-Times iċemplu għad-dettalji tat-titjiriet li għamlu b’jet privat Tonio Fenech u Jason Azzopardi. Donnhom m’humiex interessati fuq l-użu tal-jet privat fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.
Imma timmaġinaw xi jgħidu jekk wieħed mill-Ministri jew Segretarji Parlamentari ta’ dan il-Kabinett juża private jet? Anqas ħamlu lil Prim Ministru jużah! aħseb u ara membri oħra tal-Kabinett.
Imma ftit tas-snini ilu kien hemm Ministru u Segretarju Parlamentari li kienu jtiru bil-private jet, u mela le!
Fuq medda ta’ 3 snin biss, fl-2010, l-2011 u l-2012, Tonio Fenech u Jason Azzopardi bejniethom użaw ajruplan privat 19- il darba. Tonio Fenech użah 15- il darba.
Jason Azzopardi uża iet privat 4 darbiet. U taru bl-ajruplan privat anki meta kienu jafu li l-gvern kien se jkollu johrog l-ispiża kollha. Fil-fatt kien hemm mill-inqas ħames okkażjonijiet fejn il-gvern ħareġ l-ispiża kollha fuq l-użu tal-jet minn Tonio Fenech u Jason Azzopardi.
Waħda mit-titjiriet ta’ Tonio Fenech b’ajruplan privat kienet sa Sqallija.
Imma għat-Times u għal Simon Busuttil jekk tkun Nazzjonalist tista tagħmel li trid u ħadd ma jista jkellmek, waqt li jekk tkun Laburist postok huwa f’rokna u ma tista’ tagħmel xejn. Anqas taħdem!
L-aqwa li bħall-verġni u l-puri l-ħin kollu jridu jagħtu l-lezzjonijiet dwar il-good governance. Prosit.
Comments