top of page

Tonio Fenech u Jason Azzopardi kienu jużaw il-private jet ukoll

Archive
Aug 12, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fil-ġimgħat li għaddew tat-Times u magħhom Simon Busuttil ħarġu jitkażaw għaliex il-Prim Ministru biex jattendi għall-laqgħat tal-UE juża ajruplan privat, fejn l-UE stess tħallas mat-80% tal-ispiża. Ippruvaw inessu li anke meta kien Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-UE kellha l-istess arranġament, li wara kollox għandha ma kull stat membru.

Imma Malta, taħt il-Labour, għat-Times u għal Simon Busuttil qisha xi ħaġa speċjali li l-Prim Ministru Malti juża l-istess faċilitajiet li jużaw Prim Ministri oħra u aktar minn hekk, faċilitajiet li kienu jużaw il-Prim Ministri reċedenti li kien maħbubin mill-establishment politiku Malti.

Anzi, Lawrence Gonzi kien juża l-private jet anke għall-laqgħat li ma għandhom x’jaqsmu xejn mal-Ewropa fejn il-flus kien joħroġhom kollha kemm huma it-taxpayer Malti. l-Establishment qatt ma ra xejn ħażin f’dan.

Iżda jirrizulta, u dawn it-Times ma fittxewħx u Simon Busuttil qatt ma qal xejn dwarhom li anke Tonio Fenech bħala Ministru u Jason Azzopardi bħala Segretarju Parlamentari kienu jużaw ajruplan privat.

Nispera li t-Times jagħtuna d-dettalji u li Simon Busuttil jitkellem dwar l-użu ta’ ajruplan privat fi żmien l-amministrazzjon preċedenti minn Tonio Fenech u Jason Azzopardi.

Jekk ma jridux joqgħodu jfittxu, nista’ ngħatihom xi dettalji. Għandhom in-numru tiegħi.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page