Tqanżiħ biex isibu street leaders, jirrifjutaw li jkunu spiji tal-PN
Updated: Sep 21
Fil-PN għaddej proċess biex jissaħħaħ id-dipartiment tal-ELCOM, l-uffiċċju li jieħu ħsieb l-organiżazzjoni tal-elezzjonijiet ġenerali b’sistema ta’ street leaders li jirrapportaw lura b’informazzjoni dwar in-nies. Din is-sistema kien waqqafha Austin Gatt lura fis-snin tmenin.
Għal ħafna snin l-ELCOM kien uffiċċju b’saħħtu iżda fis-snin li għaddew iddgħajjef ħafna u jidher mil-fatt li l-informazzjoni li għandu l-PN illum dwar in-nies m’hijiex korretta. Tant hu hekk li fost in-nies li qed iċemplu, hemm uħud minnhom li vvotaw għal Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali u xorta qed jiġru warajhom biex ikunu street leaders.
It-telefonati qed isiru mill-każin tal-PN ta’ Santa Venera minn fejn jopera l-ELCOM maqtugħ mid-Dar Ċentrali.
Fost in-nies li qed iċemplu hemm ħafna li qed jirrifjutaw li jservu ta’ spiji għal PN għax m’għadx għandhom fiduċja fil-partit jew għax ma jridux jipparteċipaw fil-proċess għax m’għadhomx Nazzjonalisti.
Ċemplu wkoll lil numru ta’ Pulizija biex jgħinuhom jiġbru l-informazzjoni għalkemm jafu li dan imur kontra r-regolamenti tal-Korp. Fost il-Pulizija kien hemm ukoll min irrifjuta li jikkopera mal-PN.
It-telefonati baqgħu għaddejjin matul Mejju kollu u għad għandhom areas li m’humiex koperti.
Comments