Trio formidabbli ta’ min se jgħid l-aktar ċuċati
Updated: Sep 21
Mario Rizzo Naudi kien jonqos biex jagħmlu trio formidabbli ta’ min se jgħid l-aktar ċuċati. Mario Rizzo Naudi huwa tabib u kandidat tal-PN. Ikun aħjar jekk jillimita ruħhu jitkellem fuq is-saħħa milli fuq affarijiet oħra.
Waqt li kien fuq l-istazzjon tal-PN il-bieraħ qal li xi ħadd qallu li minħabba l-Prim Ministru mal-15,000 pesuna fil-qasam finanzjarju jistgħu jispiċċaw bla xogħol. Aqqas jibla’ kollox ukoll dan Rizzo Naudi!
Nixtieq inkun naf min bellagħielu din.
Ara taħt dan il-Prim Ministru hawn l-ogħla rata ta’ xogħol fl-oqsma kollha u l-anqas rata ta’ qagħad f’36 sena, kif jista’ jkun li 15,000 jispiċċaw bla mpieg minħabba Joseph Muscat?
Comments