Ulied li gawdew bis-saħħa tad-daddy
Updated: Sep 21
David Gonzi kien impjegat mal-Malta Communications Authority (MCA) meta missieru kien Viċi Prim Ministru. Kellu s-salarju tiegħu rivedut meta imbgħad missieru sar Prim Ministru.
Ftit taż-żmien wara, David Gonzi ma baqax mal-gvern imma xorta gawda. Waqt li missieru kien imexxi Kastilja, David Gonzi beda jieħu xogħol ta’ konsulenza permezz tal-kumpanija Global Translation Solutions.
B’kollox dil-kumpanija ingħatat €30,000 f’konsulenzi, ankemill-istess uffiċċju tal-Prim Ministru.
Issa bla dubju li se jkun hemm min jgħid li qed nattakka lit-tifel tal-ex Prim Ministru Gonzi. Min se jibda jgħid hekk nistiednu biex;
Isib kelma waħda ta’ tgħajjir f’dan il-post u jmeri dak li qed ngħid.
Comments