Vot ta’ Fiduċja fil-gvern, aġġornat il-ħin kollu
Updated: Sep 21
Il-Parlament beda jiddiskuti mozzjoni ta’ sfiduċja mressqa mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Id-diskussjoni tibqa’ sejra sal-10pm. Biex issegwi id-diskussjoni Live mill-Parlament agħfas
hawn
.
Carmelo Abela – Il-mozzjoni li ressaq Simon Busuttil iktar tgħodd għal dak li kien jiġri fl-amministrazzjoni preċedenti. Illum ex Ministri Nazzjonalisti involuti fi skandlu u korruzzjoni qed jippontifikaw dwar il-good governance. L-istandards ta’ dan il-gvern dwar governanza huma ħafna ogħla minn dawk tal-amministrazzjoni preċedenti. Il-mottiv wara l-mozzjoni hu partiġġjan. Qal li Simon Busuttil kien parti minn gvern korrott li ħalla l-korruzzjoni għaddejja.
Ryan Callus – Il-good governance qed tiddeterjora. Mbagħad allega li l-gvern se jġiegħel lil tal-ħwienet iħallsu €1,500 fis-sena għat-tabelli tagħhom. Dan il-fatt mhux minnu u għalkemm l-avviż legali jgħamilha ċara, biex ma jkunx hemm ekwivoċi l-avviż legali se jkun emendat u Ryan Callus qal li din hija u-turn. Ryan Callus ma ġabx prova ta’ korruzzjoni.
Charles Buhagiar – Il-PN qed jippretendi li ma nitkellmux fuq ix-xogħol tal-gvern meta fil-fatt qed jippreżentaw mozzjoni ta’ sfiduċja fil-gvern. Ifisser li għandhom sfiduċja fix-xogħol li qed jagħmel il-gvern fosthom fil-qasam ekonomimu fejn sa issa, kellna suċċess kbir fl-ewwel tliet snin.
Roderick Galdes – Illum il-gvern se joħroġ aktar b’saħħtu wara dan il-vot għalkemm qegħdin f’nofs il-leġislatura u li jkun l-aktar żmien diffiċli. Fakkar lil Zammit Dimech li meta hu kien Ministru tal-Kabinett kien hemm kollegi tiegħu li ħbew kontijiet barra minn Malta, mhux bħalma għamel Konrad Mizzi li ddikjara minn qabel l-interessi finanzjarji tiegħu barra minn Malta u ma għandux il-miljuni li sħabu ħbew barra minn Malta. Qal ukoll li minkejja dak kollu li qed tagħmel l-Oppożizzjoni, il-poplu għandu ħafna iktar fiduċja f’Joseph Muscat milli f’Simon Busuttil u dan hu kkonfermat minn kull stħarriġ tal- opinjoni pubblika li jsir.
Francis Zammit Dimech – Iddeskriva lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri bħala iż-żewġ kandlieri ta’ Joseph Muscat waqt li kkwota minn ġurnali barranin dak li qed ikunu iffidjati minn Malta dwar Schembri u Mizzi, partikolarment fl-Awstralja. Zammit Dimech staqsa x’inhuma l-fatti li qed jistenna l-Prim Ministru? U ppreżenta dak li fl-opinjoni tiegħu huma fatti biżżejjed.
Ian Borg – Qal li bħalissa qed isir ħafna xogħol f’bosta oqsma. Fil-qasam tiegħu, bħala Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej, dan il-gvern irnexxilu juża l-fondi li qabel ma kienux użati biex illum qed nagħmlu proġetti għal ġid tal-poplu Malti.
Stefan Buontempo – Dan hu vot ta’ fiduċja fil-gvern kollu li għandu jgħati aktar saħħa lil dan il-gvern biex ikompli ibiddel lil Malta għall-aħjar. Il-gvern m’huwiex perfett iżda qed nitgħallmu mill-iżbalji.
Anthony Agius Decelis – Malta għandha bżonn lil Joseph Muscat bħala Prim Ministru għaliex dawn it-tliet snin għamel xogħol kbir, speċjalment fil-qasam tal-ekonomija. Qed jirranġa l-iżbalji tal-amministrazzjonijiet preċedenti.
Michael Gonzi – Dan hu mument traġiku għal pajjiżna. Ikkritika lil gvern għax-xogħol kollu li għamel u għalkemm qal li se jivvota favur il-mozzjoni ta’ sfiduċja, ma ġabx prova waħda li hi waħda tal-ħażin li qal li sar u li se jivvota fuqu
Chris Fearne – Il-PN qed jeħodna lura għal politika tal-firda. Anke meta l-Maltin ikunu magħqudin, l-Oppożizzjoni qed tara kif tagħmel biex toħloq firda. Il-PN qed jeħodna lura għal politika tas-snin tmenin flok jgħidulna kif inħarsu ‘l quddiem.
Tonio Fenech – Ikkritika lil gvern talli qed jikkritika lill-Oppożizzjoni għax qed tkun negattiva. Qal li din hija kritika surreali għax il-ħażin trid tgħidlu ħażin. (Naħseb li jaf x’jiġifieri l-ħażin Tonio Fenech)
Luciano Busuttil – 13-il siegħa mhux biżżejjed biex dan il-Parlament jiddibatti is-suċċessi tal-gvern f’bosta oqsma. Huwa tkellem l-aktar dwar il-qasam sportiv.
George Pullicino – Gvern mhux qed jitratta il-good goveranance head on. Ikkwota lil President ta’ Kana Arthur Galea Salomone meta beżża’ lil poplu li s-servizzi finanzjarju huwa mhedded u ħeġġeġ lin-Nazzjonalisti ma jibqgħux siekta.
Karl Gouder – Wiċċ ġdid fil-Parlament imma mill-istess drapp jidher. Qed jgħidilna li audit ma jaħdmix. Bħala iċ-Chief Operations Officer tal-kumpanija ewlenija tal-Partit Nazzjonalista qed jghidilna li inkwietat fuq l-ekonomija u l-finanzi. Iċ-Chief Operations Officer ta’ kumpanija b’miljuni dejn qed jghidilna li pajjiż b’ekonomija li qed tikber b’6.3% l-affarijiet mhux se qed isiru sew.
Joe Mizzi – Il-Gvern preċedenti qal li l-kumpanija fil-qasam
tat-trasport kellha €100 miljun dejn u kienet f’xifer ta’ falliment. In-Nazzjonalisti kienu ħbew dan il-fatt mill-poplu Malti. Illum, tlok tgħin biex Malta timxi ‘il quddiem, il-PN qed jipprova jtellef, ixewwex u joħloq problemi.
Ċensu Galea – L-ex Ministru tal-gvern li kien iddikjara). li ma setax isib tarf tal-kobba mħabbla li kellu fil-qasam tat-Trasport kompla jitkellem fuq is-suspetti tal-Oppożizzjoni. Qal li 36,000 emmnu lil Partit Laburista f’Marzu 2013. (Biex inkunu preċiżi kienu 167,533 l-ammont ta’ nies li taw mandat lil PL). Ċensu Galea ma ġab ebda prova ta’ korruzzjoni. Dak li ġara taħt il-gvern preċedenti m’għandnix nitkellmu fuqhom fl-opinjoni tiegħu għax illum għandna gvern differenti. Qal ukoll li qatt ma kien hemm suspsetti ta’ korruzzjoni daqs kemm hawn illum.
George Vella – It-tieni kelliem fuq in-naħa tal-gvern waqt li qed
jitkellem fuq ix-xogħol li għamel il-gvern qal li seta’ kien hemm insensittivita politika iżda sa issa ma kien hemm ebda prova ta’ george_vellakorruzzjoni. Il-mozzjoni hija bbażata fuq suspetti. In-naħa tal-gvern titkellem dwar fatti ta’ korruzzjoni. Għalhekk il-Prim Ministru meta jasal biex jiddeċiedi, jiddeċiedi bil-fatti kollha. Gvernijiet eletti għandhom jitħallew jimplimentaw il-mandat elettorali, fil-każ tal-Partit Laburista, mandat elettorali qawwi li ngħata fl-2013.
Antoine Borg – Irrepeta dak kollu li diġa’ intqal u ħafna affarijiet milli qal Beppe Fenech Adami. Qal li bil-vot kontra l-gvern se jirrappreżentaw lin-nies li huma kontra l-gvern anke jekk fil-minoranza. Din hi Antoine Borg – Irrepeta dak kollu li diġa’ intqal u ħafna affarijiet milli qal Beppe Fenech Adami. Qal li bil-vot kontra l-gvern se jirrappreżentaw lin-nies li huma kontra l-gvern anke jekk fil-minoranza.
Owen Bonnici – Il-kap tal-Oppożizzjoni irid jarmi x-xogħol kollu tajjeb li
għamel il-gvern f’dawn it-tliet snin.Xogħol li qed ifisser ħajja aħjar tan-nies. Simon Busuttil għażel li jkun negattiv u qed igerrex lin-nies mill-PN. Il-Ministru Owen Bonnici ippreżenta emenda għall-mozzjoni li telenka x-xogħol tal-gvern u tiddikjara l-fiduċja tal-Kamra fil-Prim Ministru Joseph Muscat u fil-gvern li jmexxi.
Beppe Fenech Adami, l-ewwel kelliem għan-naħa tal-Oppożizzjoni. Beppe Fenech Adami qiegħed jallega li f’Kastilja qed tinħema l-korruzzjoni mingħajr, naturalment qiegħed jitkellem fuq suppożizzjonijiet mhux fuq fatti. Jikkritika lil Prim Ministru talli juża l-email tiegħu. Il-Viċi Kap tal-PN qiegħed jirrepeti l-allegazzjonijiet li l-PN ilu jirrepeti għal dawn l-aħħar ġimgħat. Sa issa xejn ġdid.
Comments