top of page

Waqa’ l-għass, hemm hu s-Salv għal mal-PN

Archive
Apr 30, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fl-aħħar qalagħha minn fuq l-istonku tiegħu. Kien ilu jaħsibha. Issa beżaqha. Salvu Mallia se jkun kandidat mal-PN. Basta dak il-paroli kollu li ma jaqbilx mal-partiti u x’naf jien, u ried joħroġ indipendenti, mbagħad ma setax isib partit, l-AD ma jridhix, Marlene m’għoġbitux u waqa’ lura għal PN.

Mhux għax kien mal-Labour, imma jgħid li vvota lil Labour fl-2013. U jieħu għalih ħafna meta xi ħadd isemmih kif qed nagħmel jien. Haw ħafna li għal konvenjenza u għax ma tistax tmerihom jgħidu li vvotaw Labour. Kieku temmen lil kulħadd id-differenza bejn il-partiti kienet tkun ta’ 70,000 vot.

Imma jien naħseb li jkun tajjeb Salvu Mallia ma’ Simon Busuttil. L-ewwel nett diġa’ qal mod u se jagħmel mod ieħor u dak hu kriterju importanti għal PN. It-tieni nett iħobb jixxena u bħal PN iwarrab il-provi ta’ korruzzjoni u joqgħod fuq suppożizzjonijiet.

Nerġa’ ngħid, meta kienet għaddejja korruzzjoni lampanti taħt GonziPN, Salvu Mallia baqa’ ħalqu magħluq. Illum qed jiddejjaq, u għad m’hemmx prova waħda li hi waħda ta’ korruzzjoni. Għalhekk tajjeb mal-PN Salv.

U issa beda jgħajjarna mostri wkoll. Jidħol kexxun fl-istrateġija distruttiva nazzjonalista.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page