top of page

Wiehed iljun u din regina b’kuruna tal-palm

Archive
Feb 13, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Ezatt poggewha!

Dan ir-ritratt biss hareg sew minn din il-konferenza tal-ahbarijiet ghax qishom ghamlulha kuruna ma’ rasha. Dik jonqosha, ghandna wiehed diga jridha tal-iljun tal-PN u din tibda thossha r-regina tal-Oppozizzjoni.

X’qalet gdid Marthese Portelli? XEJN. Kompliet ittenni l-allegazzjonijiet li ‘il-poplu qed ihallas ghal korruzzjoni’.

Hadd aktar minn Nazzjonalisti ma jaf kemm hallas il-poplu ghal korruzzjoni fuq il-prezzijiet tal-fuel biex issa hadd ma jafu lil George Farrugia, hadd ma’ ltaqa’ mieghu, hadd qatt ma rah u hadd qatt ma kellmu. Jahasra.

Minn Marzu 2013 il-prezz tal-petrol rahas 9 darbiet u l-prezz tad-diesel rahas 8 darbiet. Il-prerzzijiet mistennija jergghu jorhsu f’April li gej u jinzammu stabbli ghal perjodu ta’ tliet xhur ohra.

Galadarba Marthese Portelli ukoll allegat li taf bil-korruzzjoni, ghandu jkollha l-kuragg li tmur ghand il-Kummissarju tal-Pulizija jew ghand il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u tiehu maghha l-provi li ghandha. La tkellmet, issa trid tissotanzja dak li qed tghid halli nkunu nafu min hu korrott.

Punt iehor li mhux jaghmel sens hawnhekk, kif issolleva tant tajjeb il-Professur Godfrey Baldacchino, ma jaghmilx sens li l-Oppozizzjoni taghmel l-ambjent bhala topic ewlieni fit-thejjija ghall-elezzjoni waqt li qed tappella lil gvern irahhas il-prezzijiet tal-petrol u diesel li huma l-akbar polluters.

Biex izejnu l-ambjent ta’ madwarha hadet zewg kandidati u min ghadu ma indunax marru jaghmlu reklam lil pompa tal-petrol ta’ Gaffarena f’Hal Qormi, jilhqilhom e!

Mkien ma qrajt li Marthese Portelli qalet x’inhuma l-proposti tal-PN fuq il-prezzijiet tal-fuel meta jkunu fil-gvern. L-esperjenza urietna li meta taht il-PN nitkellmu fuq revizjoni fil-prezzijiet ikunu ifissru zidiet.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page