top of page

X’differenza meta jitkellem Joseph

Archive
Feb 21, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Meta jitkellem il-Prim Ministru, qed jimla ċ-Ċentri u t-toroq ta’ barra. Illum fiż-Żurrieq iktar kien hemm nies barra milli kien hemm nies ġewwa.

Il-ġimgħa li għaddiet ġara l-istess f’Ħal Qormi fejn iktar kien hemm nies fit-triq milli fiċ-Ċentru u ġara hekk ukoll Ħal Lija u f’ħafna postijiet oħrajn. Sew fejn il-Partit Laburista igawdi ħafna appoġġ u anke fejn ma jgawdix appoġġ assolut.

Sentejn qabel elezzjoni, li l-PN diġa qed jgħid li se jirbaħ, imissu jimla l-każini u t-toroq tal-madwar mhux jitkellem fi swali vojta bħalma għamel fil-jiem li għaddew fil-Mellieħa, biex inġibu eżempju wieħed biss.

Nistgħu nagħtu lista sħiħa ta’ postijiet u laqgħat tal-PN fejn jispikka l-BAĦĦ flok id-diskors ta’ Simon Busuttil u l-preżenza tan-nies.

Il-PN jinsab maħkum minn apatija kbira.

Din il-folla li kellu quddiemu Simon Busuttil fil-Mellieħa

Din hi parti mill-folla li kellu quddiemu Joseph Muscat fiċ-Ċentru taż-Żurrieq.

Il-bqija kellhom joqgħodu barra. (ritratt fuq)

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page