top of page

Xerri kkonferma l-involviment f’kumpanija offshore u ma ċaħadx li kellu aċċess għall-JS List

Archive
May 10, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Hemm żewġ punti interessanti li joħorġu mir-reazzjoni li għamel l-ex teżorier u uffiċjal tal-ELCOM Boris Xerri wara l-aħbarijiet dwaru li ħarġu mill-Offshore Leaks dwar l-involviment tiegħu f’kumpanija fil-British Virgin Islands, magħruf bħala tax haven.

Boris Xerri kkonferma li kien involut, għalkemm mhux bħala azzjonista f’kumpanija li kienet reġistrata fil-British Virgin Island.

Din hija silta preċiża mir-risposta tiegħu;

Kumpanija li originarjament kienet registrata f’Malta giet

redomiciled

fil-British Vergin Islands fl-2008

;

b’dan kollu giet infurmata l-Malta Financial Services Authority (MFSA).

l-azzjonisti kienu kollha (mija fil-mija) barranin u ma jirrisjedux f’Malta. Il-kumpanija giet likwidata u maghluqa fl-2012.

Wara li giet

redomiciled

barra minn Malta, Boris Xerri kien gie nominat

fiduciary director

ta’ din il-kumpanija sa ma inghalqet fl-2012.

Apparti li kkonferma l-involviment tiegħu bħala fiduciary director, fl-ebda ħin ma ċaħad li kellu aċċess għall-JS List kif irrappurtat f’din il-website.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page