X’għala għajnhom mit-Trust, se jagħmlu majjalata l-każin ta’ Raħal Ġdid
Updated: Sep 21
Ħambaq Simon!! Dawn x’jimpurtahom mit-Trusts, sejrin jagħmlu majjalata l-każin ta’ Raħal Ġdid. Min jaf lil min se jkollhom bħala mistieden speċjali għal din l-okkażjoni, Jason Azzopardi? Ilu ma jagħmel konferenza tal-aħbarijiet.
Qagħad naqra kwiet dan l-aħħar, f’hiex kien moħħu? Ma jgħamilx ħażin imur jitkellem fuq il-majjalati għal naqra exposure fid-Distrett.
Għall-ikel se jkollhom appetizers, majjal il-forn u dezerta. Soft drinks free flow! Biex jattiraw aktar nies.
Biex in-Nazzjonalisti ta’ Raħal Ġdid ikunu ħadu xi ħaġa minn din l-esperjenza ta’ majjalata mal-poster tawhom spjega ta’ kif inhu mqassam il-laħam tal-majjal.
Qed tara minn fejn jinqata’ l-perżut Lilly …
Comments