X’għala l-Panama, FZD reġa’ tefa’ bl-addoċċ qrib Zebra Crossing il-Ħamrun
Updated: Sep 21
Dawn it-tip ta’ ritratti mhux se tarawhom fuq Blogs oħrajn, għax ix-xufiera ta’ dawn il-karozzi li jipparkjaw Tal-Futur fis-Sod huma Nazzjonalisti. Francis Zammit Dimech, jiġi jaqa’ u jqum fejn jipparkja x-xufier tiegħu. Quddiem garaxx, fuq bankina u issa fuq zebra crossing il-Ħamrun.
Basta jkun qrib u d-Dottore ma jimxix, għax inkella jagħmel plejtu. Kieku Simon Busuttil ħalla f’idejh, malajr kien isolvihom il-problemi tat-traffiku u l-parking.
Mhux bħal Marthese Portelli li damet seba’ xhur biex tlesti rapport short-term. U lestietu għax għena David Agius u kkupjaw 62% tal-proposti, għax wisq probabbli kieku għadha għaddejja bih.
Waħda minn dawk il-proposti kkupjati hija li jinħoloq kumitat li jikkordina x-xogħolijiet fit-toroq. Kumitat li kien xolt minn Francis Zammit Dimech bħala Ministru tal-Infrastruttura fl-1998.
Dawn huma ftit ritratti oħra ta’ kif id-Deputat Nazzjonalista Zammit Dimech jipproponi li għandna nsolvu l-problem tal-parking short-term u long-term.
Comments