X’jgħidu minn wara dahar xulxin
Updated: Sep 21
Is-security guards ta’ Simon Busuttil jistgħu jipproteġuħ minn kulħadd barra mill-istalletti tad-Dar Ċentrali. Mario de Marco jaf x’jiġifieri. Bħalma kien jaf x’jipifieri missieru Guido de Marco li kien maħbub minn kulħadd barra minn nies ta’ Kastilja u dawk ta’ ġewwa fid-Dar Ċentrali.
Qraba tal-familja De Marco jinsabu urtati għal Simon Busuttil u l-klikka tiegħu li qed jinqdew b’Simon Mercieca biex jattakkawh għaliex iħossu li huwa attakk inġust u li aktarx huwa ġej mill-interess ta’ ċerti politiċi li huma nteressati fit-tmexxija tal-partit wara Simon Busuttil.
Għalhekk l-attakk beda daqshekk kmieni qabel l-elezzjoni billi fl-aħħar ġimgħat kien hemm min qed jghid li kieku De Marco qiegħed imexxi l-partit illum, is-sitwazzjoni hija ħafna aħjar milli qegħda.
Tant hu hekk li Simon Busuttil illum qiegħed fl-istess sitwazzjoni li kien fiha Lawrence Gonzi fl-2011. Fl-agħar sitwazzjoni li qatt kien fiha l-PN qabel l-elezzjoni tal-2013. sitwazzjoni li kompliet tiddeterjora sakemm saret l-elezzjoni u l-PN tilef b’ammont kbir ta’ voti.
Mario de Marco huwa figura politika maħbuba minn kulħadd, iżda dawk li kienu ħadmu kontra missieru, reġa’ għandhom egħruq sodi fil-PN u qed jaħdmu biex iżommu il-kontroll għaliex jafu li l-Viċi Kap huwa interessat fit-tmexxija tal-partit.
Tant hu hekk li Simon Mercieca kien ċar u tond, anzi sfaċċat fi kliemu u qal lil Simon Busuttil li jekk mhux se jtajjar lil Viċi Kap, Mario de Marco se jtajjar lil Simon Busuttil wara l-elezzjoni li ġejja. Kiteb li b’De Marco fit-team tat-tmexxija, il-PN huwa destinat li jitlef l-elezzjoni ġenerali li jmiss ukoll.
Mario de Marci din id-darba ma rrispondix lil Simon Mercieca u minflok dawwar il-kanuni fuq Simon Busuttil li minn naħa tiegħu flok irrisponda għad-dikjarazzjoni ta’ De Marco meta qal “Lest nirreżenja jekk il-Kap jitlobni”, il-Ħadd filgħodu Simon Busuttil għamel appell biex lil Viċi Kapijiet inħalluhom kwieti għax għaddejjin minn perjodu diffiċli.
Diffiċli tgħid għal min kien qed jirreferi, għaliex jekk hawn xi ħadd li mhux iħalli kwiet lil De Marco, hues sieħbu stess Simon Mercieca.
Comments