XPN: Switchers imma mhux swingers
Updated: Sep 21
Guest Post: Dan l-aħħar jidher li l-poplu daħal f’election mode, grazzi għal xi żelqiet li għamel il-gvern Laburista u għal partit nazzjonalista li ħataf l-okkażżjoni biex inessi t-tajjeb li għamel dan il-gvern, inessi l-ħmieġ li għamel il-PN minn meta Gonzi ħataf il-poter u jnessi wkoll ir-raġuni għaliex kien hemm eluf kbar ta’ Nazzjonalisti li ddeċidew li nwarrbu dak il-partit li ma qabjniex ngħarfuh u ngħaqadna mal-moviment li weghdna Muscat.
Iva jien wieħed minn dawk li nissejjaħ switcher, għax fil-moviment rajna dak li konna nsibu fil-PN li issa kien ittieħed minn klikka li ħatfu dak il-partit li xi darba konna nagġmlu parti minnu.
Dan l-aħħar bdejna naqraw ħafna li l-iswtchers qegħdin imorru lura jew m’għadhom jafdaw lill-ebda partit. Jiddispjaċini ngħid li hu żball li tħalltu l-iswitchers mal-iswingers. Jien switcher ingħaqadt ma’ moviment mhux biex nakkwista iżda biex nara Malta timxi aħjar. Jien switcher għax emmint u nemmen li fil-moviment ma rridx nieħu dak li ħaqqu jieħu ħaddieħor iżda biex inkun nista naħdem u nitħalla naħdem fil-kwiet għal ġdid ta’ fejn naħdem u għal ġid ta’ Malta. Iżda mhux biex ningħata xi promotion għax ivvutajt labour. Nieħu biss dak li ħaqqni. Ma nippretendix li xi post ta’ fiduċja nieħdu jien għax f’ħajti ivvutajt darba Laburisti, iżda dawk għandhom joħduhom niex li jkunu kapaċi u jkunu nies ta fiduċja għal ministri u l-gvern preżenti. Iżda f’xogħlijiet oħra ta’ kapaċita għandi nieħu dak li ħaqqni u hekk ġara u hekk qed jiġri.
Jekk taħsbu li qed nikteb dan għax ħadt xi ħaġa għandkom żball, jien tħallejt naħdem fejn hi l-kapaċita tiegħi. Ma naqbilx ma kollox li qed jagħmel dan il-gvern, u nemmen li għamel żbalji u anke żbalji kbar, iżda m’għamilx żbalji akbar minn ta’ ħaddieħor. Il-laburisti m’għandhomx iħarsu lejn kritika ta switcher bħala persuna li qed jimmolla bie ximur lura. Anzi l-iswtcher ġenwin hu dak li jikkritika għax għandu esperjenza ta’ kif l-partit li darba kien jifforma parti minnu kien sparixxa u żgur li la jien u lanqas l-iswitchers l-oħra ma rridu li jiġri l-istess għax b’hekk ma jkollna mkien fejn mmorru iżjed.
Nitlob lil laburisti, forsi mweġġgħin għax ma nqdewx jew aħjar għax ma ħadux l-ġustizzja li ħaqqhom li jkunu kapaċi jagħżlu bejn switcher għal swinger, għax dan il-moviment jibqa rebbieħ billi jkun mibni fuq laburisti ‘hard core’, oħrajn li dejjem ivvutaw labour u l-iswitchers. Jekk tneħħi wieħed minn dawn il-moviment jispiċċa fuq in-naħa telliefa. L-iswitchers huma parti mill-moviment, l-iswingers huma l-opportunisti li jmorru skont fejn jieklu.
Jien Switcher u mhux Swinger
Comments