top of page

X’qala’ l-baħar! Reġa’ tfaċċa Michael Axiak

Archive
Jun 3, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Mhux jafdawha weħidha lil Claudette Buttigieg u billi Martin Balzan għadu ma jistax jidher fil-konferenzi tal-aħbarijiet tal-PN, qalgħu lil Michael Axiak li kienu ilu ma jidher mal-PN.

Dan Axiak, tabib minn Birkirkara ġieli kien Deputat f’isem il-PN u qatt ma kien ingħata responsabbiltajiet ministerjali. Huwa ultra konservattiv, kien kontra d-dħul tad-divorzju u kontra drittijiet ċivili ġodda.

Viċin ħafna ta’ Jason Azzopardi minħabba l-affiljazzjoni kattiloka tagħhom it-tnejn.

Michael Axiak kien kritiku ħafna għal PN wara l-elezzjoni li għaddiet għax kien qabad kampanja negattiva. Mela issa x’inhu jagħmel?

Anzi, issa Michael Axiak innifsu qiegħed parti minn din il-kampanja negattiva u ingħaqad ma’ Claudette Buttigieg biex jirrepetu l-allegazzjonijiet tal-MAM, liema allegazzjonijiet dwar appuntamenti ma kienux issostanzjati.

Partit Nazzjonalista li jipprova jpinġi lilu nnifsu partit modern u jaqla lil Michael Axiak mill-gwardarobba. Donnu li se jerġa’ joħroġ għall-elezzjoni. Mela m’għandhomx kandidati jew?

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page