Zampa żbaljat, il-Pulizija se jitħallsu tal-ħinijiet żejda li għamlu
Updated: Sep 21
Is-Security guard tal-PN Tonio Zampa kien għadu ma ndunax li l-Pulizija li ħadmu ħinijiet żejda fiċ-CHOGM se jitħallsu tas-sahra li għamlu. Sfortunatament emmen dak li qal il-partit tiegħu u żelaq waħda sew fin=niexef meta nfexx jgħajjar fuq Facebook Pulizija li tah ċitazzjoni.
Anke jekk tkun Nazzjonalist akkanit, ma tistax temmen dak kollu li jgħid il-PN għax taqa’ għaċ-ċajt.
Zampa w il-Pulizija m’għanhomx relazzjoni feliċi wara li s-security guard tal-PN, li fir-ritratt ta’ fuq jidher jgħasses il-bieb tad-Dar Ċentrali, kien akkużat u anke skonta sentenza l-Qorti dwar traffikar ta’ droga minn Spanja lejn Malta.
Comments