Ann Fenech tgħid li l-PN ħaqqu jkun fil-gvern
Updated: 6 hours ago
Tliet snin wara li tilfu l-elezzjoni diġa’ qed jimmisjawh il-poter. Dażgur li ħaqqu jkun fil-gvern għal Ann Fenech ħalli terġa’ tibda tieħu l-konsulenzi w il-kuntratti.
Ħaqqu jkun fil-gvern biex jerġa’ jgħolli l-kontijiet tad-dawl u ilma?
Biex jerġa’ jibda juża il-heavy fuel oil wara li nkunu qlibna għal gass?
Biex ma jżidx il-pensjonijiet?
Biex jerġa’ jieħu lura fl-flus li ngħataw lil dawk li ħallsu taxxa doppja fuq il-karozzi ?
Biex iwaqqaf l-għoti tal-ipads lit-tfal tal-iskola?
Biex jerġa’ jibda jinxtara ż-żejt bħalma kienu jagħmlu fi żmienhom?
Jew biex ikun hemm xi ħadd li jerġa’ jibda jordna x-xogħol għan-nies li jħallas il-gvern?
Ħaqqu biex RCC jerġa’ jieħu kollox taħt idejh?
Jew biex Louis Galea jilħaq il-mira tiegħu li jilħaq President tar-Repubblika?
Ħaqqu jkun fil-gvern biex Daphne Caruana Galizia tkun kuntenta għal ġurnata?
Jew biex il-Boċċa jerġa’ jibda jieħu kuntratti u konsulenzi bl-addoċċ?
Jew inkella biex Beppe Fenech Adami jibqa’ jkabbar il-palazz?
Naħseb li dawn huma ftit mir-raġunijiet il-għala Ann Fenech tgħid li l-PN ħaqqu jkun fil-gvern. Il-poplu jaħsibha mod ieħor għax tliet snin ilu kaxkarhom ‘il barra mill-poter u qalilhom biex joqgħodu fl-Oppożizzjoni għall-anqas għal ħames snin.
Comments