top of page

Ara vera qegħdin sew! Jattakkaw u jippretendu li nagħlqu ħalqna, iridu jitkellmu huma biss

Archive
Aug 13, 2016
1 min read

Updated: 1 hour ago

Qegħdin tajjeb tal-PN. Mela huma jistgħu jattakkaw u jgħajjru fuq Facebook fuq il-blog ta’ Daphne fuq il-101 fuq it-TV u kullimkien mbagħad jippretendu li nagħlqu ħalqna. Ma nitkellmux. Nibqgħu naqilgħu biss.

Wara li l-bieraħ Rachael Thake, it-tifla ta’ David u Rosette Thake, dik li kienet għajritna ġrieden, reġgħet attakkatna fuq il-Facebook page tagħha, missierha jippretendi li ħadd ma jirreaġixxi għat-tgħajjir tagħha.

Nħalluha tgħajjarna, iżżeblaħna u ma ngħidu xejn sempliċiment għax it-tifla ta’ min hi. Dan x’jaħseb li hu?

Wara l-blog ta’ dalgħodu b’risposta għall-attakk ta’ Rachel Thake (għax issa kif issemmi lil xi ħadd sar ikun jikkostitwixxi attakk) David Thake għoġbu jwieġeb u bit-tgħajjir ukoll!

Arroganti u mingħalih superjuri.

Ħa ngħidlek għax ma nġibx ritratt tat-tifla tiegħi li għad għandha 11-il sena, għax qatt ma tqażżet. Għax qatt ma għajret lin-Nazzjonalisti.

Imma dik is-site li tieħu ħsieb inti ta’ Daphne Caruana Galizia ġabitu r-ritratt tat-tifla avolja qatt ma daħlet fil-politika, bħalma ġabet ukoll ritratti tat-tfal tal-Prim Ministru avolja għandhom 8 snin u qatt ma għajru lil ħadd.

Bħalma ġabet ritratti ta’ kull min b’xi mod hu assoċjat mal-Labour irrispettivament x’inhi l-eta tiegħu.

David Thake u nies oħrajn bħalu ma jifilħux jaraw Gvern immexxi mill-Partit Laburista.

Iż-żmien fl-Oppożizzjoni mhux qed jużawh tajjeb u mejtin biex jidħlu lura fil-gvern ħa jkomplu jibilgħu kif għamlu għal 25 sena sħaħ. Minn hekk biss jinteressahom.

PS: Nippreferi nkun supersized milli super antipatku u super arroganti.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page