Bdietha Daphne u komplieta t-Times
Updated: 3 hours ago
Illum hawn f’pajjiżna l-Prim Ministru tal-Montenegro, Milo Djukanovic li kellu laqgħat mal-Prim Ministru Malti u fost affarijiet oħra kien iffirmat memorandum of understanding bejn iż-żewġ pajjiżi għal koperazzjoni akbar fil-qasam tas-saħħa.
Malli saret taf bl-aħbar Daphne Caruana Galizia, mill-ewwel kitbet li dan Djukanovic hu korrott ieħor ħabib ta’ Joseph Muscat. Normali li Daphne tikteb hekk.
Tat-Times komplew fuq li qalet Caruana Galizia u l-ġurnalista Ivan Martin waqt il-konferenza tal-aħbarijiet jistaqsi lil Prim Ministru Muscat jekk hux komdu jaħdem ma’ Djukanovic għaliex f’pajjiżu qed ikun ikkritikat li hu korrott.
Bdietha Daphne u komplietha t-Times. Mbagħad Martin kompliha fuq il-Facebook tiegħu
Imma ngħid jien, ġaladarba l-Ewropej kollha huma komdi jaħdmu ma’ Djukanovic, li wara Malta se jibqa’ sejjer Brussel, għaliex m’għandux ikun komdu jaħdem miegħu il-gvern Malti?
Djukanovic fi Brussell ma’ federica Mogherini, ir-Rappreżentanta Għolja tal-EU għall-Affarijiet Barranin.
Ir-relazzjoni tajba ta’ Djukanovic mal-Unjoni Ewropea tmur lura għal bost snin. Hawn taħt jidher mal-ex President Franċiż Nicholas Sarkozy.
U hawnhekk mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk
Allura x’fiha ħażin li jiltaqa’ mal-Prim Ministru Malti?
Comments