Beppe jgawdi mill-attakk fuq De Marco
Updated: 5 hours ago
Beppe Fenech Adami qed igawdi mill-attakk fuq Mario de Marco għax tneħħiet l-attenzjoni minn fuqu u l-irregolaritajiet li għandu fil-palazz tal-Għargħur. Binja u ġnien kbir li biex bnihom kien aġevolat b’diversi deċiżjonijiet li ttieħdu fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti.
L-attakk fuq De Marco qed ikun orkestrat minn ġewwa u qed jinqdew b’Simon Mercieca biex jiktbu kontra De Marco fl-Independent. Qed imexxuha li jekk De Marco se jibqa’ Viċi Kap, il-PN se jitlef l-elezzjoni li jmiss ukoll.
Interessanti li l-attakk qiegħed biss fuq De Marco meta fil-fatt, Beppe Fenech Adami għandu każ serju daqs ta’ De Marco, iżda ma jissemma’ mkien.
Is-swaba qed jippuntaw lejn De Marco minn issa biex jekk il-PN jitlef l-elezzjoni li jmiss, il-pożizzjoni ta’ De Marco tkun iddgħajfet waqt li Beppe Fenech Adami jkun jista’ jimxi fuq il-passi ta’ missieru. Bla dubju li Beppe Fenech Adami, megħejjun minn Richard Cachia Caruana u Daphne Caruana Galizia għamel il-kalkoli tiegħu sew.
Comments