Biex ma jkunux bla sinsla beda’ l-attakk fuq Leo Brincat
Updated: 4 hours ago
Bil-partitarji Nazzjonalisti jħeġġu lil PN jieħu pożizzjoni kontra Leo Brincat, illum beda l-attakk fuq it-tieni nomina ta’ Malta għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Bħalma għamlu lil Toni Abela, qed iħejju biex jagħmlu lil Leo Brincat.
Din il-ġimgħa fuq ir-radju tal-PN, instigati mill-preżentaturi, is-semmiegħa Nazzjonalisti attakkaw kemm felħu n-nomina ta’ Leo Brincat għal din l-istituzzjoni Ewropea u qalu li jekk il-PN ma jieħux pożizzjoni kontra Leo Brincat, il-partit ikun bla sinsla.
Fil-ġimgħat qabel in-nomina ta’ Toni Abela, nies qrib il-PN fi Brussell ħejjew dossier fuq Toni Abela u qasmmuh mal-ħbieb tagħhom fil-kumitat tal-budget tal-EU u għand Deputati oħra influwenti fil-Parlament Ewropew.
Għamlu lobbying biex Toni Abela ma jkunx ivvotat mill-kumitat billi l-PPE, li tiegħu huwa l-PN huwa membru għandu l-maġġoranza.
Fil-media barranija diġa’ bdew jidhru stejjer kontra Leo Brincat li Daphne Caruana Galizia qed tirrapporta dwarhom.
Comments