Bla kredibbiltà, Simon Busuttil ma qabadx art
Updated: Sep 21
Tista’ mhux tikteb Daphne Caruana Galizia, u jista’ mhux jieħu pariri minn għand Richard Cachia Caruana, Simon Busuttil għadu ma qabadx art. In-nies temmen u tafda lil Joseph Muscat.
Ir-riżultat ta’ stħarriġ li għamel it-team ta’ Xarabank, li l-bias tiegħu huwa magħruf ‘il fejn ixaqleb, juri li Simon Busuttil għandu problema ta’ kredibbiltà. Għalkemm qiegħdin f’nofs leġislatura, u fl-eqqel ta’ kampanja politika qalila kontra l-Prim Ministru u l-gvern tiegħu, Simon Busuttil mhux qed jikkonvinċi lin-nies meta jitkellem, la fuq governanza tajba u wisq anqas fuq ekonomija.
Qed iħalli f’idejn Richard Cachia Caruana u Beppe Fenech Adami u se jerġgħu idaħħlu lill-PN fil-ħajt.
Flok jibqa’ jitgħajjar aħjar jibda jgħid x’inhuma l-proposti tiegħu.
Comments