Caruana Galizia fuq Keith Schembri: Ħaqqu min jisparalu
Updated: 3 hours ago
Mn’Alla m’hijiex ġudikanta fil-Qrati, iżda tkun l-ewwel biex tgħaddi ġudizzju fuq dawk li ma jaqblux mal-PN jew dawk li huma fil-PN imma mhux fil-klikka tagħha u ta’ Richard Cachia Caruana.
Fl-aħħar minn sensiela ta’ instigazzjonijiet vjolenti, Daphne Caruana Galizia qed tgħid li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru ħaqqu min jisparalu.
Alla jbierek ħadd mis-soċjeta ċivili ma jlissen kelma waħda kontra l-instigazzjoni ta’ vjolenza mil-blogger ta’ Simon Busuttil. Din m’hijiex l-ewwel darba li instigat il-vjolenza kontra esponenti tal-Partit Laburista.
Fil-ġimgħat li għaddew kienet qalet li l-Ministru Owen Bonnici u Janice Bartolo ħaqqhom ikunu mbiċċra, maqtula u mdendla rashom l-isfel bħalma l-partiġġjani kienu għamlu lill-mexxej faxxista Taljan Benito Mussolini u lis-sieħba tiegħu Klara.
Fuq l-instigazzjoni tal-vjolenza li ġejja minn naħa tan-Nazzjonalisti f’kuntest politiku jew le, ħadd ma jitkellem anqas il-Knisja.
Fl-aħħar jiem esperjenzajna lingwaġġ mill-aktar aħrax u vulgari anke fil-konfront ta’ min ma għandu x’jaqsam xejn mal-politika, pero kienet sfortunata biżżejed biex rebħet festival taħt il-Labour. Kif qatt nistgħu ninsew il-kliem ta’ tgħajjir ta’ Andrew Borg Cardona fil-konfront ta’ Ira Losco u l-Prim Ministru, “bitch” u “motherfucker”.
L-Arċisqof dejqu bank tal-kċina imma kliem ta’ tgħajjir ma dejqux biżżejjed biex jirreaġixxi kif jagħmel is-soltu.
Ħadd, mis-soċjeta ċivili ma’ jitkellem meta esponenti tal-Labour ikunu fil-mira. Basta jgħidu li huma ċivili.
Comments