top of page

Daphne is shocked and feels harassed u t-taxpayer ixxukkjat iktar minnha

Archive
May 19, 2016
1 min read

Updated: 3 hours ago

Daphne Caruana Galizia is shocked and feels harassed qalet f’kumment bħala reazzjoni għal blog post aktar kmieni dwar kif għal għaxar snin sħaħ ma ddikjaratx id-dħul tagħha. F’investigazzjoni li saret mid-Dipartiment tat-Taxxa rriżulta li għal għaxar snin sħaħ bejn 2003 u 2013 il-blogger tal-PN ma daħħlitx id-dikjarazjoni tal-Income Tax tagħha kif jagħmel it-taxpayer Malti.

Mrs Perfect qed tipprova tiġġustifika l-fatt li ma iddikjaratx id-dħul tagħha u ma ħallsitx taxxa fi żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.

Qed teħodha bi kbira għax ikkritikajta għal ħażin tagħha, oooops, sorry ma tagħmilx ħażin! Perfetta wisq u Alla jbierek tifhem f’kollox, politika, finanzi, taxxa, Eurivision u ilbies ta’ ħaddieħor fost l-affarijiet l-oħra kollha li tifhem fihom.

Mela jekk tħoss li ma għamlitx ħażin, sinjal li għax kienet tippretendi li ma kellix għalfejn iddaħħal l-income tax returns għal għaxar snin sħaħ.

Kienet ilha iktar minn 10 snin miżżewġa, għaliex ma daħlitx dikjarazzjoni tad-dħul tagħha f’dawk l-għaxar snin partikolari bejn l-2003 u l-2013?

Skont ma qal żewġha fil-Qorti, is-separazzjoni tal-komunjoni tal-akkwisti tagħhom kienet ilha li saret.

Jekk qed tħossha xxukkjata b’li ktibt jien fuqha, kemm imissu jħossu iktar ixxukkjat aktar it-tax payer Malti meta’ jisma’ li tħalliet ma ddaħħalx l-income tax returns tagħha għal għaxar snin sħaħ.

U għala she feels harassed?

Dan il-kumment jgħid ħafna dwar din il-mara u kif jaħsibha l-PN u Richard Cachia Caruana.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page