De Marco: Daqqa oħra taħt iċ-ċinturin lil Simon Busuttil, ħarġu ta’ giddieb
Updated: 4 hours ago
Il-Viċi Kap tal-PN irritalja għall-attakki li aru fuqu fl-aħħar ġimgħat billi reġa tefa’ f’rokna lil Simon Busuttil u taħ daqqa oħra taħt iċ-ċinturin. Fil-jiem li għaddew il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Viċi Kap tiegħu ipġpublika l-irċevuti kollha li għandhom x’jaqsmu mal-każ tiegħu. Xogħolijiet fid-dar bl-ammont ta’ €34,000 li għalihom ħallas seba’ snin wara għax kien se jinqabad li rċieva rigal ta’ dak l-ammont meta kien Ministru.
Simon Busuttil ma qalx il-verita meta ddikjara li De Marco ippublika l-irċevuti biex jagħmel pressjoni fuqu wara li Simon Mercieca ħareġ qatta’ bla ħabel kontra De Marco u qal lil Simon Busuttil li bih ma’ saqajh ma jistax jirbaħ l-elezzjoni.
De Marco kien pront wieġeb billi qal li jekk irid Simon Busuttil jitolbu jirreżenja u hu jitlaq, iżda l-Kap tal-Oppożizzjoni ma ħax azzjoni.
Issa, De Marco ta daqqa oħra taħt iċ-ċintorin lil Simon Busuttil meta llum iddikjara ma’
One.com.mt/news
li hu qatt ma ppublika l-irċevuti u b’hekk waqqa’ d-dikjarazzjoni ta’ Simon Busuttil u ħarġu ta’ giddieb.
Comments