top of page

De Marco maqbud fl-istorja, fatti ġodda dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ persuni implikati mill-PN

Archive
Apr 17, 2016
1 min read

Updated: 6 hours ago

Il-ġurnal Malta Today ta’ llum jiżvela fatti ġodda dwar ir-relazzjoni bejn Mario de Marco u nies oħra li huma implikati mil-PN, Adrian Hillman u Pierre Sladden li kienu attakkati għaliex qed jingħad li għandhom interessi finanzjarji barra minn Malta, fil-British Virgin Islands.

Il-fatti ġodda li kienu żvelati juru li Pierre Sladden kien għamel xogħol għall-ammont ta’ €34,000 lura fl-2011 fid-dar ta’ De Marco, liema xogħol qatt ma tħallas tiegħu. Kien biss wara li l-PN beda jattakka lil Hillman permezz ta’ Daphne Caruana Galizia li De Marco talab l-irċevuti lil Sladden u ħallsu f’żewġ pagamenti f’Marzu u April.

Sladden kien ukoll għamel xogħol fil-bini tal-istamperija il-ġdida tat-Times fl-Imrieħel permezz tal-kumpanija tiegħu Redmap bħala subcontractor tal-kumpanija Blokrete. Redmap hija l-istess kumpanija li għamlet ix-xogħol għal Demarco.

Adrian Hillman kien il-Managind Director ta’ Allied Newspapers Ltd sakemm kellu jirreżenja minħabba l-attakki li saru fuqu minn naħa ta’ Daphne Caruana Galizia f’isem il-PN għaliex għandu interessi finanzjarji offshore fil-British Virgin Islands.

Allied Newspapers Ltd kienet bdiet investigazzjoni indipendenti u qabdet lil Giovanni Bonello biex jinvestiga. Bonello huwa qrib ta’ Richard Cachia Caruana li huwa fost il-ftit nies qrib Daphne Caruana Galizia.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page