top of page

Diġa qed jagħżlu bejn Nazzjonalisti u Nazzjonalisti

Archive
Apr 14, 2016
1 min read

Updated: 5 hours ago

Wieħed mill-kandidati il-ġodda tal-PN bgħatli text message wara li ra ir-ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia backstage fil-protesta ta’ nhar il-Ħadd illi għadda biex jipprotesta talli hi hija stmata iktar minnu għax minkejja li hu kandidat ma tħallix jidħol backstage.

Bil-permess tiegħu qed nippublika l-SMS iżda għal raġuni ovvja mhux se ngħid minn għand min irċevejtu. Ir-risposta tiegħi kienet li l-PN diġa qed jagħżlu bejn Nazzjonalisti u Nazzjonalisti. Aħseb u ara x’se jagħmlu jekk ikunu fil-gvern.

Din hija xi ħaġa tipika t’a Richard Cachia Caruana, li jkollu l-gruppi favoriti tiegħu. Meta kien Kastilja kien jgħamilha mal-ġurnalisti. Kellu Group A u Group B u kien ukoll saħansitra jgħamilha mal-ħbieb tiegħu li jmur jilgħab il-golf magħhom, u dawn kienu kollha Nazzjonalisti, aħseb u ara dan x’jagħmel ma’ min m’huwiex Nazzjonalist.

Mur żommu la jerġa jkollu l-poter.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page