top of page

Dokument tal-HSBC jikkonferma li Caruana Galizia f’isem il-PN, bdiet kampanja bbażata fuq gideb u qerq

Archive
May 11, 2016
1 min read

Updated: 4 hours ago

Meta jkunu qed jgħerqu jippruvaw jaqdbu ma’ kull tibna, anke jekk tkun it-tibna tal-qerq u l-gideb. Dokument uffiċjali tal-HSBC, minn wieħed mill-ogħla uffiċjali tal-Bank jikkonferma li l-kampanja mibdija f’isem il-PN minn Daphne Caruana Galizia u li kompliet fuq it-Times permezz ta’ Ivan Camilleri sa dalgħodu stess u The Malta Independent, hija kampanja ffabrikata intiża biss biex tagħmel ħsara politika.

Dan id-dokument ta’ Michel Cordina, Head of Commercial Banking tal-HSBC jikkonferma kemm Daphne Caruana Galizia f’isem il-PN qed tipprova tqarraq bil-poplu Malti.

Iċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri fi stqarrija rrefera għall-artikli varji ppublikati f’ċertu ġurnali, li qalu li fl-HSBC għaddeja investigazzjoni b’rabta ma’ dokument frodulenti li jinvolvi Kasco Ltd. li tagħha s-sid huwa l-istess Schembri.

Id-dokument riprodott hawn fuq kien ippublikat minn Keith Schembri biex jirrispondi għall-insinwazzjonijiet li huma għal kollox foloz u iffabrikati.

Sfortnatament, jgħid Schembri, minkejja li nfetħu proċeduri ta’ libell kontra l-Independent on Sunday u l-Independent Online, u minkejja li nforma lit-Times dwar l-ittra li ħareġ il-bank, ċertu ġurnalisti fi ħdan it-Times qed iħossu l-ħtieġa li jirrepetu l-insinwazzjonijiet tagħhom. Dan, jgħid Schembri, għal raġunijiet li jafuhom biss huma.

Temm jgħid li permezz tal-avukati tiegħu se jħeġġeġ lit-Times tirrimedja s-sitwazzjoni.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page