#DoubleStandards, plejtu sħiħ fuq ħlas tard lill-priġunieri
Updated: 5 hours ago
It-Times kienet għamlet plejtu permezz tal-ġurnalista ta’ Group A ta’ Richard Cachia Caruana, Ivan Camilleri għax priġunieri nisa fil-Ħabs ta’ Kordin damu 5 xhur biex jitħallsu tax-xogħol li għamlu bħala parti minn proġett biex jitgħallmu is-sena tal-ħjata waqt li qed jiskontaw is-sentenza.
Il-proġett waqa’ fil-mira talli kien appoġġjat minn Michelle Muscat il-mara tal-Prim Ministru.
L-istess ġurnal ma qal xejn dwar Mario de Marco, għaliex anke jekk wieħed jaċċetta l-ispjega tiegħu dwar l-aħħar każ li smajna dwaru, il-pagamenti lill-kuntrattur li ħadimlu fil-propjeta tiegħu, għamilhom 7 snin tard.
Kumbinazzjoni, Mario de Marco tħajjar iħallas meta nduna li l-attenzjoni setgħet iddur fuqu wara li l-PN, permezz ta Daphne Caruana Galizia, bdiet tattakka lil bestman tiegħu, Adrian Hillman li spiċċa rriżenja minn Managing Director ta’ Allied Group waqt li għadha għaddejja inkjesta ‘indipendenti’ minn Giovanno Bonello, li issa ma jridix ta’ ġudikant.
De Marco, il-bieraħ fil-Parlament reġa’ ċaħad l-allegazzjonijiet li saru li Redmap Ltd ta’ Pierre Sladden għamlet xogħol fil-propjeta tiegħu għal valur ta’ €34,000 fl-2011 u dan ix-xogħol sar b’xejn.
Tant hu hekk li kif għidna, tħallas biss ftit tal-ġimgħat ilu. F’dak iż-żmien u fiż-żmien ta’ wara Redmap Ltd għamlet ukoll xogħol fl-istamperija il-ġdida tat-Times fl-Imrieħel.
F’dan l-istess perjodu sar ukoll xogħol mill-istess kuntrattur fil-propjetajiet ta’ żewġ uffiċjali għola f’The Times Michel Rizzo u Clinton Calleja, b’dan tal-aħħar huwa ukoll partner fid-Ditta Legali ta’ Mario de Marco.
Minn The Times, skiet assolut.
Comments