Ebda ċaħda minn Rizzo
Updated: Sep 21
Għaddew aktar minn tnax-il siegħa minn meta sar magħruf illi Edward Rizzo kien il-persuna li ġibed ir-ritratti tal-familja Muscat waqt li kienu għal btala f’Dubai fil-jiem li għaddew. Wara dan il-ħin kollu, fl-ebda ħin ma ċaħad illi kien hu.
Ritratti li tefa’ l-istess Rizzo fuq Facebook juru li hu kien fl-istess lukanda li kien qiegħed fiha l-Prim Ministru flimkien mal-familja tiegħu. Dik il-lukanda tal-ħamalli, kif iddeskrivieta Daphne Caruana Galizia li ppublikat ir-ritratt li ġibed Rizzo ta’ Michelle Muscat u waħda mit-tfal tal-Prim Ministru ħdejn il-pool.
Biex ħa r-ritratt mad-delfin kellu jbiddel il-malja ċelesta. Li kieku ma kienx hu, dalgħodu ma kellux għalfejn ikun ippanikkjat, kien jiċħad u l-istorja tieqaf hemm. Imma għaċel li ma jiċħadx.
Comments