Fil-fernesija tal-PN kontra Ira, weħel ukoll Joseph Calleja – Daphne timplika li hu “lagħqi”
Updated: 4 hours ago
Fil-fernesija li għandu l-PN kontra Ira Losco, Daphne Caruana Galizia attakkat ukoll lit-tenur Malti ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja u lil Anton Attard li huwa l-manager tiegħu u jmexxi l-PBS u li jmexxi wkoll lit-team ta’ Ira Losco fil-Eurovision.
Anton Attard kien appuntat CEO tal-PBS minn amministrazzjoni preċedenti u tħalla jkompli jservi fil-kariga minn dan il-gvern għax jemmen fil-meritokrazija. Issa qed tgħajjru lagħqi għax baqa’ jaħdem tajjeb ma’ dan il-gvern. Li kieku inbidel kienet tgħid li Attard tneħħa għax Nazzjonalist u jiġi ħaten Beppe Fenech Adami.
Mur ifimhom lil dawn!
Qed timplika wkoll li Joseph Calleja huwa lagħqi u tittimbraħ bħala dak ieħor minn Tagħna Lkoll. Joseph Calleja dejjem baqa’ ‘il bogħod mill-politika u x’jivvota fl-elezzjoni ħadd ma jaf u hekk għandu jkun. Imma Daphne Caruana Galizia jidher li taf jew assumiet.
Madankollu mhux affariha x’għamel. M’għandha ebda dritt tattakka persuni għal mod kif jivvotaw għax bl-istess argument tagħha, kull min ibiddel i-lmod kif jivvota huwa lagħqi. Ara hi u l-Boċċa m’humiex lagħqa, għax Nazzjonalisti twieldu u Nazzjonalisti se jmutu
Comments