top of page

Flimkien kollox possibbli

Archive
May 20, 2016
1 min read

Updated: 3 hours ago

It-trio tar-rebħa. Il-kampanja ta’ Beppe Fenech Adami għaddejja ġmielha u qed jaħdem id f’id ma’ Richard Cachia Caruana u Daphne Caruana Galizia fuq l-istorja li beda dwar ir-reġistru elettorali.

L-informazzjoni li għandu, beda jgħaddiha lil Daphne biex toħroġ l-ismijiet ta’ investituri barranin li qed jieħdu sehem fil-programm ta’ ċittadinanza b’investiment u b’hekk ġaladarba huma ċittadini Maltin, ikollhom id-dritt tal-vot.

Beppe qed jgħid li d-dritt tal-vot inkiseb bi prattiċi korrotti. B’hekk ikkritika lil kompetituri tiegħu fil-PN stess, li huma aġenti tal-IIP.

Interessanti ferm li dwar dan qed jitkellem biss Beppe Fenech Adami. Simon Busuttil qed jibqa’ ħalqu magħluq. Qisu m’għandux x’jaqsam malli qed jgħid Fenech Adami.

Sa ftit tax-xhur ilu, il-Kap tal-PN kien qed jgħid li l-lista ta’ dawk li jinvestu f’Malta permezz tal-IIP hija sigrieta.

Illum Beppe waqqalu kliemu u beda kampanja biex jekk il-Labour jirbaħ l-elezzjoni li ġejja, ikun jista;’ jgħid li rebaħ bil-korruzzjoni u jibda kampanja qalila bħalma kien għamel missieru fis-snin tmenin.

Beppe Fenech Adami qed jolqot ħafna għasafar b’ġebla waħda.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page