George Vital Zammit mħallas mit-taxpayer biex jiltaqa’ ma’ Galea Curmi u jgħid kontra l-gvern
Updated: Sep 21
George Vital Zammit ma jitlifx okkażjoni waħda biex jikkritika lil gvern, lil Prim Ministru u lil kull min b’xi mod jista’ jkollu x’jaqsam mal-gvern. Huwa mħallas mit-taxpayer Malti biex imexxi d-Dipartiment tal-Public Policy tal-Universita ta’ Malta.
Waqt il-ħin tax-xogħol spissa jiltaqa’ ma’ id il-leminija ta’ Lawrence Gonzi, Edgar Galea Curmi li wara Marzu 2013 mar lura lecturer l-Universita.
Waqt il-ħin tax-xogħol jiltaqa’ ma’ Edgar Galea Curmi u ġieli wkoll Clyde Puli f’uffiċċju fil-Humanities. Ikunu qed jiddiskutu s-sehem tiegħu fil-politika meta jispiċċa mill-kariga li għandu fl-Universita?
Qed jgħid ma’ kulħadd, li meta se jispiċċa (aktar tard din is-sena) se jkun qed jikkoncentra iktar fuq il-politika. Minn dak li qed jikteb din tfisser li se jkun qed jikkoncentra iktar fuq il-PN.
Vital Zammit jirrepeti l-messaġġ tal-PN f’kull okkażjoni li jkollu u qed ukoll jirrepeti l-messaġġ li l-PN iwassal permezz ta’ Daphne Caruana Galiza meta jistieden lil ġurnalisti jkomplu jindagaw fuq il-ħajja personali tal-Ministru Konrad Mizzi ħalli jkollhom biex jattakkawh.
Kieku jrid jgħin tassew lil PN, flok iħajjar ġurnalisti jindagaw fil-ħajja personali tal-Ministri, aħjar jgħatihom żewġ ideat għal programm elettorali għax s’issa għadna ma smajna xejn ta’ sugu minn għand il-PN fejn jidħlu proposti li jkomplu jtejbu l-livell tal-għixien tan-nies.
Edgar Galea Curmi fir-ritratt hawn taħt ma’ Lawrence Gonzi meta kien għadu Prim Ministru qed jgħin lil Clyde Puli biex jikkordina l-messaġġ tal-PN permezz ta’ attivisti bħal George Vital Zammit li għandhom kariga fl-Universita u jidhru indipendenti.
Comments