top of page

Għall-Awditur tal-Kurja l-Laburisti u dawk li jirrapreżentawhom huma ħamalli

Archive
May 31, 2016
1 min read

Updated: 3 hours ago

Godfrey Leone Ganado jimla’ l-comments board ta’ kullimkien b’insulti kontra l-Labour. Fl-aħħar minn sensiela ta’ tgħajjir, inqeda bil-website ta’ Daphne Caruana Galizia biex jgħid li l-Laburisti u min jirrapreżentahom huma ħamalli.

Il-kumment kien indirizzat lejn is-Sindku taż-Żurrieq Ignatius Farrugia li bħalissa qed jieħu sehem fi programm televiżiv bl-isem ta’ Liquorish, liema programm ukoll kien fil-mira ta’ attakki minn naħa ta’ Daphne Caruana Galizia u s-segwaċi mdejqin tagħha, li Leone Ganado huwa wieħed minnhom.

Liquorish huwa programm popolari ħafna mtella’ minn żewġ persuni, koppja, li għamlu karriera twila fuq Net TV fejn jafu l-bidu tagħhom fil-qasam tax-xandir. u stabbilew ruħhom fl-oqsma rispettivi tagħhom, preżentazzjoni u produzzjoni.

Daphne iddeskriviet il-programm bħala “esportazzjoni tal-ħamallaġ Malti” bis-segwaċi mdejqin tagħha ikomplu f’sensiela ta’ tgħajjir personali indirizzat lejn is-Sindku taż-Żurrieq fosthom dan Godfrey Leone Ganado li jiftaħar fuq is-social media li huwa l-awditur tal-Kurja.

Mil-ftit li naf jien fuq ir-reliġjon, it-tagħlim ta’ Kristu jgħidlek biex min jagħtik daqqa ta’ ħarta iddawwar wiċċek in-naħa l-oħra. La fil-Bibbja u l-anqas fil-Vanġelu ma nsibu biex il-membri tal-Knisja jgħajjru individwi oħra jekk ikunu ipprovokati, aħseb u ara meta ma jkunux ipprovokati bħal fil-każ ta’ Ignatius Farrugia u Isa Losco, li ma pprovokaw lil ħadd.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page