Għall-high class tal-PN, min għandu boat ċerċur
Updated: Sep 21
Malta mdawwra bil-baħar li hu sfog għal ħafna familji. Hawn familji li għandhom dgħajsa żgħira u oħrajn li jaffordjaw boat kbira. Hu x’inhu, għall-high class tal-PN kull min għandu boat ċerċur, jekk ma jappartenix għal dik is-sezzjoni ta’ Nazzjonalisti li għandhom dritt ikollhom boat.
Daphne Caruana Galizia li tikteb f’isem il-high class tal-PN tiddeskrivi ċrieċer lin-nies li għandhom boat u ħamalli lil dawk li jkunu fuq ix-xtajtiet jew bajjiet Maltin.
Hekk kitbet illum biex tikkritika l-idea li jkun hemm advertisement fuq il-baħar ġaladarba se jitneħħew ħafna billboards mit-toroq.
Kemm jifilħu jkunu klassisti dan-nies. La jaħmlu min għandu boat u l-anqas min imur għawma.
Comments