top of page

Gideb min qal li Alban Thika m’għandux kariga fil-PN

Archive
Mar 29, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Illum.com.mt qed tikkowita sorsi fil-PN li qed jigdbu biex iżommu d-distanza minn Alban Thika u jgħidu illi l-ispjun Albaniż ta’ Simon Busuttil m’għandu ebda kariga fil-PN u “ma hu ħadd”. Min qal hekk hu giddieb. Wara li ma rnexxilux jinfiltra fil-Partit Laburista, Alban Thika intefa’ b’ruħu u ġismu mal-PN tant li llum huwa impjegat ta’ Simon Busuttil bħala Parliamentary Officer.

Tant min qal hekk qiegħed jigdeb biex jgħatti xtur Simon Busuttil, li dan l-Albaniż anke għandu email account tal-Parlament f’isem il-PN kif jixhed l-address book tal-gvern stess, bil-kariga tiegħu tkun PN Parliamentary Officer.

Għalkemm wara dak li kien żvelat, hemm min qed jipprova jżomm il-bogħod minnu, Alban Thika huwa persuna qrib ħafna ta’ Simon Busuttil u tal-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni David Agius, li fir-ritratt ta’ fuq jidher jippoza miegħu fl-istess okkażjoni li fiha kien hemm Simon Busuttil u s-sieħba tiegħu Kristina, li magħha għandu wkoll ritratt fl-istess okkażjoni.

Thika huwa wieħed mill-kollaboraturi qrib ta’ Simon Busuttil u jħobb jilgħaba ta’ spjun u jgħamilha ta’ Laburist jew ta’ Membru Parlamentari. Fir-ritratt ta’ hawn taħt jidher jippoża ma’ żewġ ex Prim Ministri Taljani, Enrico Letta u Mario Monti.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page