Giovanni Bonello qrib Richard Cachia Caruana
Updated: 5 hours ago
Ritratt meħud ftit ilu jixhed kif Richard Cachia Caruana għandu ċertu ħbiberija ma’ Giovanni Bonello, imħallef emeritu.
Nhar il-Ħadd li għadda Giovanni Bonello kien qiegħed dil-protesta partiġġjana tal-pn kontra l-gvern minkejja li qed imexxi inkjesta ‘indipendenti’ dwar allegazzjonijiet li Daphne Caruana Galizia għamlet kontra Adrian Hillman, li kien Managing Director ta’ Allied Newspapers Ltd.
Attakk li huwa mmirat lejn Mario de Marco, li fil-PN hemm elementi kontrih tant li sejħu għar-riżenja tiegħu minn Viċi Kap minħabba l-allegazzjonijiet ta’ Caruana Galizia, li tobgħod lil de Marco wkoll.
Fil-fatt il-familja de Marco tkun fil-mira ta’ ħafna minn dak li tikteb hi fuq il-blog tagħha. minn naħa l-oħra, Richard Cachia Caruana hu ħabib tagħha sew u viċin ħafna tal-familja Fenech Adami, rivali eterni ta’ de Marco.
Dawn ir-ritratti juru li hemm ċertu ħbiberija u familjarita bejn l-imħallef u Cachia Caruana li reġa’ daħal flimkien ma’ Louis Galea, imexxi strateġiji u kampanja tal-PN.
Comments