Good Luck Beppe, mhux qed nagħmlu bħalma għamiltu ma’ Alfred sant
Updated: 5 hours ago
Il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami ħa għalih talli sempliċiment għidna il ħalla Malta fi triqtu lejn l-Ingilterra. Mur ġibu kien esponent tal-Partit Laburista! L-ewwel u qabel kollox good luck għat-treatment. Aħna magħġunin differenti minn Nazzjonalisti u għalkemm rivali politiċi m’aħnix ħodor u qabel xejn nixtiqulu il-ġid.
Nawgurawlek fejqan u affarijiet sbieħ. Mhux bħalma għamiltu intom lil Alfred Sant waqt il-kampanja elettorali tal-2008. Aħna verament jiddispjaċina u nħossu għal min ikun għaddej minn perjodu diffiċli. Ma nistgħux ngħidu li intom tagħmlu l-istess.
Qed nitkellmu mill-esperjenza tal-passat u tal-preżent.
Issa min ra il-post ta’ qabel, għiduli intom fejn gdibt dwar Beppe Fenech Adami.
Veru li kien fi triqtu lejn l-Ingilterra? Iva għax ikkonfermaha hu stess.
Veru li għadu ma issoġġettax ruħhu għal tax audit? Iva għax għadu ma ddikjarax mod ieħor.
Kien hemm xi tgħajjir jew gideb fil-post? Le ma kienx hemm.
Dawk li qed jitkażaw talli għidna li Beppe Fenech Adami qiegħed fi triqtu lejn l-Ingilterra probabilment tgħidx kemm daħku meta l-PN għamel billboard b’ritratt ta’ Alfred Sant waqt li kien qed jieħu l-kimoterapija, jew meta ppublikaw il-file mediku tiegħu bid-dettalji kollha dwar x’kellu fuq The Times. Li minn naħa tiegħu il-Mexxej Laburista ta’ dak iż-żmien ma qagħadx jilgħab il-karta tas-simpatija.
L-istess għamlu meta ġimgħa ilu, Michelle Muscat ingħaqdet ma’ grupp ta’ atleti b’diżabbilta f’Ċipru tal-Ispecial Olympics. Tgħidx kemm tkażaw biha u qalulha xorti. Talli sempliċiment ħalliet Malta u kellhom informazzjoni minn ġewwa bid-dettalji tal-flights u tan-nies li akkumpanjawha.
Tkellem xi ħadd minn dawk li qed jagħmlu plejtu?
Imma inzerta li Beppe Fenech Adami, għax mid-dinastija Nazzjonalista ma tistax tgħid li siefer.
Talab ukoll lil Prim Ministru ikeċċini mix-xogħol għax ktibt li kien fi triqtu lejn l-Ingilterra.
Comments