Ħafna spiji u double agents jiġru mas-saqajn
Updated: Sep 21
Matul il-lejl li għadda Daphne Caruana Galizia infexxet titgħajjir bħal mandraġġara biex tiddefendi lil Edward Rizzo, il-persuna li ħa r-ritratt tal-mara u waħda mit-tfal tal-Prim Ministru f’Dubai. Ritratt li spiċċa ppublikat fuq il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia.
Għandha kull dritt tiddefendih b’dak il-mod, wara kollox ma tafx mod ieħor ħlief tgħajjar lil kull min ma jaqbilx magħha u ma’ Simon tagħha. Għajjritna annimali, slavaġ, xadini, nies ta’ wara l-muntanji, dittaturi u aġġettivi oħra fosthom anti-demokratiċi. (nota lil DCG: Le, il-kumment tiegħek ma tellajtux għax għidtli li se ttellgħu fuq il-blog tiegħek jekk ma ntellgħux jien, tellajtu għax jien intella l-kummenti tiegħek bħala persuna anti-demokratika. Ippretendejt li nqum f’nofs ta’ lejl intellalek il-kumment? Jekk ma torqodx mhux tort tiegħi)
Bħala ritaljazzjoni, bil-lejl stess ippublikat ritratt tiegħi fil-Festa tan-Naxxar flimkien mal-ħabib tiegħi Stefan Zrinzo Azzopardi u qalet li għandha spiji fuqi wkoll. Bħal li kieku qatt ma ndunajt.
Qishom tal-PN qed jgħixu fuq l-ispiji dan l-aħħar. Ħa nfakkar f’dan ir-ritratt li kienet ħaditu ħabiba tagħha tiegħi it-Teatru Manoel xi xhur ilu waqt ir-rappreżentazzjoni teatrali Four Play Four.
Faċċata tiegħi dak in-nhar kien hemm ċerta Gloria Beacom.
Din Gloria Beacom, hija close ta’ Daphne Caruana Galizia kif jixhed dan ir-ritratt li ħadu flimkien waqt dinner party ta’ Claire Vassallo Thake. Kienet hi stess li tat din l-informazzjoni f’wieħed mill-mijiet ta’ kummenti li ħalliet fuq din il-website.
Gloria Beacom hija l-ewwel waħda mix-xellug. Minn hawn u ftit ieħor stennew sensiela oħra ta’ kummenti mimlijin tgħajjir u bħala persuna li naħdem qrib dittatur, anti-demokratika, ħamalla, kerha, xadina, muntun, salvaġġ u minn wara l-muntanji, intellalha l-kummenti.
Comments