Id-Ditta legali GVTH ta’ George Hyzler tiddefendi lil Daphne Caruana Galizia permezz ta’ Joe Zammit Maempel
Updated: 3 hours ago
Id-Ditta legali GVTH Advocates issibha f’kull kawża fejn ikun hemm il-PN jew esponenti tiegħu inkluż Daphne Caruana Galizia permezz tal-Avukat Joe Zammit Maempel li huwa partner f’din id-ditta u jiġi ħu l-mara ta’ Austin Gatt ex Ministru, illum ċittadin privat.
Zammit Maempel jidher ukoll għal Richard Cachia Caruana.
Malli l-PN tela fil-gvern fl-1987 Zammit Maempel sab postu fuq bord wieħed wara l-ieħor bħala person of trust.
Zammit Maempel inħatar Kummissarju tal-Ġustizzja bejn l-1987 u l-1996.
Serva bħala Direttur tal-MIMCOL u tal-Malta Government Investments (1990 – 1993), tal-Malta Development Corporation (1993 – 1996), tal-Air Malta plc (1999 – 2003) u tal-AzzurrAir Srl (1999 -2004).
Kien Chairman tal-Kumitat tas-Sejħiet għall-Offerti u tax-Xiri tal-Airmalta plc (1999 – 2004), tal-Bord tal-Appell tal-Professjonisti tas-Saħħa (2004 – 2008), tal-Bord tal-Appelli tal-Kumpaniji Kkontrollati (2002 – 2006) u tal-Kumitat tal-Offerti u x-Xiri Pubbliku tal-Awtorità tat-Turiżmu (2005 – 2014).
Kien ukoll Chairman tal-Awtorità tal-Lotteriji u l-Logħob (2003 – 2008)
Zammit Maempel serva wkoll bħala membru tal-Bord tal-Fakultà tal-Liġi, fl-Università ta’ Malta, bejn l-1998 u l-2003.
L-Avukat tal-PN inhatar ukoll Kummissjonarju Elettorali ghall-ewwel darba fl-2009 minn Lawrence Gonzi u kien ikkonfermat f’din il-kariga minn Simon Busuttil, liema kariga għadu jokkupa sal-lum.
Matul dawn is-snin, id-ditta legali li jagħmel parti minn l-Avukat tal-PN, ta’ RCC u DCG, ħadet b’aktar minn miljun ewro f’xogħol u konsulenza. Fil-GVTH Advocates hemm ukoll George Hyzler bħala wieħed mill-partners.
Comments