Id f’id ma’ Daphne, jhedded lil Pullicino Orlando
Updated: 1 hour ago
Il-kandidat tal-PN u se jkun dalwaqt ex preżentatur tar-radio tal-PN David Thake qed jaħdem id f’id ma’ Daphne Caruana Galizia u fi Tweet sirna nafu li hu responsabbli mil-website tagħha.
Billi Jeffrey Pullicino Orlandi ddejjaq ikun mgħajjar u mżeblaħ minn Daphne Caruana Galizia u din il-ġimgħa għamel protest ġudizzjarju f’attentat biex iwaqqafha milli tkompli għaddejja bil-kampanja ta’ ħdura, Thake kien pront pront wieġeb b’din it-Tweet.
L-ex preżentatur tar-Radio qal li Pullicino Olrando irid jiċċensura lil Daphne Caruana Galizia. Ftaħar li hu responsabbli tal-hosting tal-website tagħha u qal li jekk se jipprova jagħlaq ħalq xi ħadd, “l-ewwel irid jgħaddi minn fuqna għax se niġġieldu sal-aħħar nifs”.
Meta David Thake jgħid “jgħaddi minn fuqna” nifhem li qed jgħid għal PN. Meta jgħid “aħna lesti niġġieldu sal-aħħar nifs” nifhem li qed jgħid li l-PN se jiddefendi lil Caruana Galizia bil-qawwa kollha tiegħu.
Dik l-istess qawwa li jrid juża kontra tiegħi biex ipattihieli.
Kieku dik l-istess qawwa użaha biex jiddefendi lilu nnifsu mill-attakki interni kien iżomm il-programm tar-radio. Imma Karol Aquilina b’saħħtu ħafna aktar minn David Thake u waqqfu sentejn qabel l-elezzjoni bl-iskuża li hu kandidat.
Comments