Il-Boċċa sab ħajt ta’ kenn
Updated: 3 hours ago
Min għandu rasu fuq għonqu ma jaqbilx mal-użu ta’ lingwaġġ iebes, vulgari u baxxa ta’ Andrew Borg Cardona li flimkien ma’ Daphne Caruana Galizia iridha tal-elite tas-soċjeta Maltija. Damet ma irreagixxiet, uu kitbet biex tiddefendih għax kien hemm min ikkritikah pubblikament għal dak li qal fil-konfront ta’ Ira Losco.
Fi skambju ta’ messaġġi fuq Twitter, Andrew Borg Cardona għajjar “bitch” lil Ira Losco u “motherfucker” u “onanist” lil Prim Ministru.
Iżda fil-blog post in his defence, il-blogger ta’ Simon Busuttil naqqset milli tagħmel xi tip ta’ referenza għat-tgħajjir ta’ Borg Cardona fuq il-Prim Ministru u kkonċentrat biss fuq il-kummenti sessisti fil-konfront ta’ Ira Losco, għaliex il-Ministru Helena Dalli u n-Nisa Laburisti ikkritikawh.
Qalet li ġibditlu widnejh talli għajjarha “bitch” u fl-istess waqt qalet li għamel apoloġija ġenwina talli nqabad mingħalih kien qed jibgħat provate message fuq Twitter. U mingħalih li xi ħadd emmnu, ħlief Daphne Caruana Galizia u naturalment il-PN u t-Times li magħhom għadu jikteb.
Mill-bqija ma rat xejn ħażin. Anzi ħaditha bi kbira li l-Ministru Helena Dalli u n-Nisa Laburisti irreaġixxew għal kumment sessist li għadda.
Ħaditha wkoll kontra l-boyfriend ta’ Ira Losco għar-reazzjonijiet tiegħu li ddeskrivieta bħala reazzjoni salvaġġa.
Kulħadd żbaljat barra hi, Borg Cardona, Simon Busuttil u Richard Cachia Caruana. Il-Klikka l-ġdida tal-PN.
Comments