Il-kitba ta’ Daphne Caruana Galizia twegga’ ġenituri ta’ ġuvni b’diżabbilta
Updated: Sep 21
Irċevejt din l-email mingħand omm li qed tikteb ukoll f’isem żewgha bħala koppja u li ħassewhom offiżi li Daphne Caruana Galiza qed tinqeda bid-diżabbilta biex tgħajjar lill-Ministru Konrad Mizzi.
Jiena naf min hija din il-persuna li bgħatet l-ittra imma xtaqet li isimha ma jixxandarx u għalhekk nirrispetta d-deċiżjoni tagħha.
Ghaziz Sur Bedingfield,
Iddecidejt li nikteb dawn il-kelmtejn lilek ghax cert li l-ebda gazzetta jew stazzjon tat-telvizjoni mhi se ttini lehen ghall-karba tieghi. Jien nistqarr li qatt ma kont rajt qabel illum il-kitba tal-blog tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia ghax ma tantx ghandi zmien ghall-internet imma illejla cemplitli ohti biex tghidli f’hiex waqa’ l-gurnalizmu Malti meta biex tghajjar lil Ministru Konrad Mizzi ghazlet li zzeffen fin-nofs marda serja li tista tolqot lil kulhadd.
Din li tghid li hi gurnalista kitbet li l-Ministru Konrad Mizzi huwa marid bl-Asperges Syndrome. Kieku kellha ftit dicenza kellha ghall-inqas ticcekja kemm hija serja din il-marda u mhux titghajjar biha. Jien naf x’jigifieri ghax ghandi tifel ta’ 23 sena li ilna li ndujajna b’dil-marda li hakmitu aktar minn 13-il sena u nassigurak li dawn is-snin kienu ghalija, ghal zewgi u z-zewgt itfal l-ohra li ghandi martirju shih.
Tara tifel qed jikber f’zghazugh jinhakem minn xi haga li tibda tbeghdu minnek tant li kontinwament kellna nehduh ghall-kura mentali u sahansitra wasalna f’punt li l-anqas stajna nzommuh id-dar maghna imma kellna naqfluh fl-isptar mentali. F’kazijiet serji ta’ din il-marda bhalma hakmet lit-tifel taghna, il-marid jasal sahansitra biex iwegga’ lilu nnifsu bil-periklu li anke jista’ jnehhi hajtu b’idejh.
Ghafsa ta’ qalb ghalina naraw gurnalista tizzufjetta b’dan il-mard tant serju. Mhux sew biex tghajjar politiku twegga’ b’dan il-mod qisu min ghandu din il-marda gabha fuqu b’ghazla tieghu u mhux ghax hekk kienet xortih. Ma nafx kif m’hawn hadd min jista jikkontrolla din l-imgieba ta’ gurnalista bla skruplu li temmen li ma jista’ ghaliha hadd. Jien ghalija u ghall-familja tieghi, tista tikteb fuq hiex trid u fuq min trid imma li twegga b’dan il-mod lil min hu ghaddej minn dit-tbatija kollha, hija xi haga li ghandha tkun mistmerra u kkundannata minn kulhadd.
Niskuza ruhi Sur Bedingfield ghax ktibtlek fit-tul imma ridt nwassallek din il-weggha li ghandi f’qalbi billi nfehmek minn x’hiex ninsabu ghaddejjin
Comments