Illum ma smajna xejn mit-Times
Updated: 5 hours ago
Waqt li siegħa wara li Daphne Caruana Galizia ħarġet bi storja tattakka lil Adrian Hillman, sa issa għadna ma smajna xejn dwar Michel Rizzo u Clinton Calleja, żewġ uffiċjali għolja tal-Allied Group li wkoll aċċettaw rigali minn għand Pierre Sladden, taħt forma ta’ xogħol b’xejn fid-dar tagħhom.
Michel Rizzo huwa il-managing driector ta’ Progress Press u acting managing director ta’ Allied Group waqt li Clinton Calleja huwa company secretary u senior partner tad-ditta legali ta’ Mario de Marco.
Id-dettalji b’dawn il-fatti ħodda ta’ kobba mħabbla fit-Times ħarġet dalgħodu fil-ġurnal Malta Today wara li kien żvelat ukoll li Mario de Marco aċċetta xogħol b’xejn fid-dar tiegħu liema xogħol jiswa €34,000 u li kien mġiegħel iħallas wara li ħarġet l-istorja dwar Adrian Hillman li kienet intiża biex tattakka lil Mario de Marco.
Illum ma qalu xejn minkejja li hemm allegazzjonijiet serji fil-konfront ta’ Michel Rizzo u Clinton Calleja
Comments