Ipokrita, għajjura u frustrata bil-Labour fil-Gvern
Updated: Sep 21
Għal PN lesta tagħmel kollox. Saħansitra tkun ipokrita meta tipprova tgħatti xtur Beppe Fenech Adami billi taqbad mal-permess tad-dar tal-Prim Ministru. Li għandu dar illi la hija mibnija fuq art ODZ u anqas fiha illegalitajiet bħalma għandu Beppe fil-Palazz tiegħu.
Dak li kitbet illum Daphne Caruana Galizia jixhed il-frustrazzjoni ta’ nies li lesti jaslu għal kollox bil-frustrazzjoni li għandhom bil-Labour fil-gvern.
L-istorja riċiklata li ħarġet dalgħodu kienet diġa rat id-dawl sena qabel l-elezzjoni li għaddiet. Issa dawn illum qed jgħidu li mhux sew li l-gvern jattakka lill-Oppożizzjoni!! X’ipokrizija.
Dan hu dak li kitbet Daphne Caruana Galizia llum.
Din hija ir-risposta li kien ta d-Direttur Ġenerali tal-MEPA ta’ dak iż-żmien meta l-PN fil-gvern kien qed jattakka lil Kap tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien.
Jibqa’ l-fatt, li l-Palazz ta’ Beppe Fenech Adami għandu illegalitajiet fuq art li hija ODZ u għal min ma jistax iniżżilha, affarih.
Comments