top of page

Ippruvat tolqot żewġ għasafar b’ġebla waħda

Archive
May 11, 2016
1 min read

Updated: 4 hours ago

Fil-fernesija dwar il-Panama Papers, Daphne Caruana Galizia ippruvat tolqot żewġ għasafar b’ġebla waħda. Attakkat impjegata tal-istat Mary Ellen Mercieca, biex tattakka lil gvern tal-ġurnata u fl-istess waqt taġevola lil ċerta ħabiba tagħha li tirreklama fuq il-magazine tagħha u hija l-ex mara ta’ dak li ssemma’ fl-istess storja.

Għalkemm ippruvat iċċappas lil Mary Ellen Mercieca mal-gvern tal-ġurnata għax taħdem bħala segretarja ma’ konsulent ta’ Roderick Galdes, naqset milli tgħid li l-istess persuna kienet impjegata fil-Cabinet Office tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi.

Din hija xhieda li Mercieca ma taqbilx magħna imma taħdem magħna, u attakkata sempliċiment għax waslet għal konklużjoni li ġaladarba taħdem ġo Ministeru allura Laburista.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page