It-Times jiddefendu lis-Sindku ta’ Londra u jagħlqu ħalqhom fuq min għajjar lil Ira Losco, se jħalluh ikompli jikteb lil Borg Cardona?
Updated: 4 hours ago
It-Times of Malta ikunu sensittivi kull meta kummentatur jgħaddi kummenti jew rimarki iebsa fil-konfront ta’ xi ħadd ieħor. Speċjalment jekk min jgħaddi l-kumment ikun Laburist. L-aħħar plejtu li għamlu kien fuq Joe Grima li għadda kummenti fuq is-Sindku l-ġdid ta’ Londra. Joe Grima refa’ r-responsabbilta u rreżenja.
It-Times tgħidx kemm ħaditha bi kbira għax qalu li Joe Grima għajjar cocroach lis-Sindku Musulman ta’ Londra (Joe Grima ċaħad bil-qawwa kollha). Pero ma qalu xejn għal min għajjar “bitch” lil Ira Losco.
Daphne Caruana Galizia u l-PN ukoll ħarġu qatta’ bla ħabel kontra Joe Grima u kemm-il darba ħarġu kontrija u talbu għat-tkeċċija tiegħi.
Wara l-kummenti sessisti ta’ Andrew Borg Cardona, it-Times baqgħet ħalqha magħluq. Il-PN ma qal xejn u Daphne injorat il-każ kompletament.
Imma t-Times li tridha tar-riga morali tal-pajjiż, qed tippermetti bloggers tagħha jgħajjru “bitch” lil Ira Losco u “motherfucker” lil Prim Ministru.
Jekk jaħsbu li Borg Cardona qed jgħamlilhom ġieh sejrin żbaljati kompletament. Imma wieħed ma jistax ma jistaqsix x’se jagħmlu tat-Times daqs kemm huma dojoq meta jkun hemm kummenti ta’ xi ħadd Laburist li fl-opinjoni dejqa tagħhom ikun qabeż il-linja.
Comments