It-Times tgħati l-fiduċja f’min issemma’ fil-Panama Papers
Updated: 3 hours ago
Il-bord tad-diretturi ta’ Allied Group għadda vot ta’ fiduċja f’Louis Farrugia li jissemma’ fil-Panama Papers. Għall-istess raġuni kienu neħħew lil Adrian Hillman minn managing director bl-iskuża li jissemma’ fil-Panama Papers.
Iżda l-PN mhux se jippermetti lit-Times tneħħi lil Farrugia, li meta fetaħ il-kumpanija tiegħu fil-Panama kien politically exposed person għax kien iservi f’karigi ta’ entitajiet governattivi. Addio good governance u addio trasparenza. L-aqwa li tal-PN.
L-aħbar stħaw jgħatuha prominenza. Dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Panama Papers dejjem tefugħ front page. Barra din l-aħbar tal-vot ta’ fiduċja li ħbewha f’paġna erbgħa fir-rokna fin-naħa t’isfel.
Louis Farrugia fetaħ il-kumpanija tiegħu fil-Panama għall-istess raġuni li Konrad Mizzi fetaħ tiegħu, biex timmaniġġja l-propjeta li għandu.
Tat-Times ma jaraw xejn ħażin u qed jagħtu l-fiduċja tagħhom lil Louis Farrugia.
Il-PN u t-Times saru ħaġa waħda b’Daphne Caruana Galizia tiġbed l-ispag tal-istejjer ewlenin kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Comments